Wara li daħal rapport fuq il-helpline 138 dwar ċaqliq f’bini fi Triq Misraħ il-Barrieri f’Santa Venera, ilbieraħ persuni ġew evakwati minn djarhom. Stqarrija mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA qalet li din l-evakwazzjoni saret bħala miżura ta’ prekawzjoni.
Fuq il-post kien hemm il-Pulizija jinvestigaw u kif ukoll id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-periti tal-proġett u dawk tat-terzi. Is-sitwazzjoni qiegħda tkun segwita permezz ta’ crack monitors li twaħħlu apposta.

