Saturday, December 21, 2024

Rapport ta’ splużjoni fil-Mosta jirriżulta fin-negattiv

Aqra wkoll

Kienet persuna li tgħix fit-triq iċ-Ċinju fil-Mosta li għamlet rapport li semgħet ħoss qawwi ta’ splużjoni. Mill-ewwel fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei li talab l-assistenza tal-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili mill-ewwel beda jipprovaw jistabbilixxu r-riħa ta’ gass minn fejn kienet ġejja tant li daħlu f’residenzi u tkellmu ma’ xi persuni li jgħixu fi triq imsemmija.

Min-naħa tagħhom uffiċjali tal-Pulizija għalqu t-triq għat-traffiku biex jassiguraw li ma hemm l-ebda periklu.

Fortunatament it-tfittxija rriżultat fin-negattiv u għalhekk ġie ċċertifikat li ma kien hemm l-ebda periklu għar-residenti.

Aktar kmieni: Il-Pulizija qed tinvestiga ħoss ta’ splużjoni fil-Mosta

Kien għall-ħabta tal-11.45am meta għand il-Pulizija daħal rapport li fi Triq iċ-Ċinju fil-Mosta nstema’ ħoss ta’ splużjoni.

Mill-ewwel fuq il-post marru uffiċjali tal-pulizija kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku sakemm tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ.

Fuq il-post waslu wkoll uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili.

Persuni fuq il-post qalulna li fi triq tinxtamm riħa ta’ gass. Bħalissa uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili qegħdin jidħlu f’xi residenti biex jipprovaw jistabilixxu minn fejn ġejja r-riħa tal-gass. Dan filwaqt li l-pulizija qed jinvestigaw ir-rapport li daħal li nstemgħet splużjoni.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Ekonomija

Sport