Saturday, September 14, 2024

Rapport ta’ vandaliżmu fuq oqbra fiċ-ċimiterju tax-Xagħra Għawdex

Aqra wkoll

Qraba ta’ persuni li jinsabu midfunin fiċ-ċimiterju tax-Xagħra Għawdex daħħlu rapport mal-Pulizija rigward dak li qiegħed ikun maħsub li hu vandaliżmu fuq oqbra fiċ-ċimiterju tax-Xagħra Għawdex.

Wieħed mill-qraba li tkellem ma’ dan is-sit esprima d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li meta mar iżur l-għeżież tiegħu sab ir-ritratt maqlugħ. Huwa spjegalna li tajjeb li jiċċara li dan mhuwiex każ iżolat u li hemm familji oħra li ġralhom l-istess.

Huwa żied jappella kontra dan l-aġir irresponsabbli li jista’ jkollu deterrent emozzjonali fuq il-qraba ta’ dawn il-persuni u li kull min jara dan it-tip ta’ aġir m’għandux jibqa’ sieket anke b’rispett lejn l-istess qraba.

Ekonomija

Sport