Friday, November 15, 2024

Rapport tal-awtopsja juri li iswed maqtul mill-pulizija f’Ohio kellu mas-46 ferita

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Rapport tal-awtopsja li sar fuq raġel iswed ta’ 25 sena li nqatel mill-pulizija ta’ Ohio x-xahar li għadda sab li huwa kellu 46 ferita minn tiri ta’ arma tan-nar jew ġrieħi oħra fuq ġismu.

L-eżaminatur mediku qal li kien impossibbli li tkun taf liema balla qatlet lil Jayland Walker, jew kemm ġew sparati tiri b’kollox.

Skont l-eżaminatur mediku, Walker sofra ġrieħi serji f’qalbu, fil-pulmun u fl-arterji fl-isparatura tas-27 ta’ Ġunju li seħħet fil-belt ta’ Akron.

Huwa nqatel wara li l-pulizija pruvaw jwaqqfuh minħabba vjolazzjonijiet żgħar li nbidlu f’insegwiment ta’ madwar sitt minuti. L-awtoritajiet qalu li l-vittma spara tir wieħed waqt li kien qiegħed jiġi sewgit.

Il-filmati tal-kamera tal-pulizija juru lil Walker jaqbeż min-naħa tal-passiġġier tal-vettura li kien għadha miexja, bil-pulizija tispara fuqu minn diversi direzzjonijiet.

Minkejja li l-awtoritajiet qalu li l-vittma għamel ġest ta’ theddida lill-uffiċjali, il-filmat mhuwiex ċar biżżejjed biex jiddetermina dan il-ġest tiegħu.

It-tmien pulizija li sparaw fuq il-vittma huma sebgħa ta’ karnaġġjon abjad filwaqt li wieħed huwa ta’ karnaġġjon skur.

Ekonomija

Sport