Sunday, November 3, 2024

Rapport tal-FIFA juri li l-aġenti qalgħu £430.8m fl-aħħar suq

Aqra wkoll

L-aġenti tal-football qalgħu £430.8 miljuni fl-aħħar suq tat-trasferimenti, jgħid il-korp governattiv tal-football dinji, il-FIFA.

Huma ħarġu rapport snapshot li jagħti dettalji tal-analisi tal-attività tat-trasferiment internazzjonali matul is-sajf.

Dan jiżvela li l-aġenti tal-football kollettivament daħħlu kważi 10% tal-valur totali ta’ £4.36 biljuni tat-trasferimenti ta’ players maskili.

Din is-sena rat ukoll numri rekord ta’ trasferimenti ta’ players irġiel u nisa madwar id-dinja.

Ir-rapport wera li l-proporzjon tal-miżati tas-servizz tal-aġent għall-miżati tat-trasferiment matul is-suq tar-reġistrazzjoni ta’ nofs is-sena kiber minn 6.1% għal 9.9% fl-aħħar 10 snin.

Il-valur totali tas-suq tat-trasferimenti maskili ta’ din is-sena ta’ £4.36 biljuni jissupera dak tas-sena ta’ qabel, u żdied b’29.7%.

Il-biċċa l-kbira tan-negozju tat-trasferimenti tas-sajf sar fil-football Ingliż, bil-Premier League jonfoq rekord ta’ £1.9 biljuni.

Inkisru aktar rekords, bl-iffirmar ta’ £81.3 miljun minn Manchester United għal Antony isir l-aktar trasferiment għali tal-aħħar ġurnata tal-Premier li qatt sar.

Filwaqt li l-ġurnata tal-iskadenza tal-football Ingliż kienet l-1 ta’ Settembru, it-suq tat-trasferimenti għal diversi pajjiżi Ewropej bħat-Turkija ntemm nhar il-Ħamis li għadda jiġifieri sebat ijiem wara.

Il-football tan-nisa rreġistra 684 trasferiment internazzjonali – żieda fuq il-figuri tas-sena l-oħra ta’ 14.4%. Intant, il-logħba tal-irġiel rat żieda ta’ 16.2% b’9,717-il trasferiment reġistrat.

Sport