Sunday, December 22, 2024

Rapport tossikoloġiku jsib li d-drummer ta’ Foo Fighters kellu droga fis-sistema tiegħu

Aqra wkoll

Investigaturi Kolumbjani qalu li fis-sistema Taylor Hawkins, id-drummer tal-grupp mużikali Foo Fighters, kien hemm opioids, mariwana u droga oħra. Ir-rapport tossikoloġiku li sar fuq il-katavru ta’ Hawkins sab traċċi ta’ għaxar sustanzi, li fosthom kien hemm ukoll antidipressanti.

S’issa l-kawża tal-mewt ta’ Hawkins għadha mhix magħrufa u l-investigaturi qalu li ma jafux jekk it-taħlit ta’ droga fis-sistema tiegħu kienx il-kawża tal-mewt. Hawkins, li kellu 50 sena, miet f’lukanda ġewwa Bogota l-Kolumbja fejn il-band kien mistennija li ddoqq f’avveniment mużikali.

Uffiċjali tal-lokal qalu li ambulanza kienet issejħet lejn din il-lukanda wara li kien hemm rapport ta’ raġel li qiegħed isofri minn uġigħ f’sidru. 

Hekk kif il-paramediċi bdew jagħtu l-għajnuna Hawkins ma bediex jirrispondi għall-isforzi tagħhom u ftit wara ġie ddikjarat mejjet. 

Ekonomija

Sport