Malta attivat pjan ta’ kontinġenza ta’ emerġenza hekk kif tanker Russu bil-ħsara li kien qed iġorr madwar 700 tunnellata metrika ta’ fjuwil u tunnellati ta’ LNG jista’ jidħol fl-ibħra Maltin sal-Ħadd filgħaxija.
Midja lokali rrapurtat li l-bastiment sofra attakk suspettat bil-missili aktar kmieni fit-3 ta’ Marzu. Dan qajjem biża’ ta’ riskji ambjentali u ta’ sigurtà marittima.
L-awtoritajiet jibżgħu li d-direzzjoni tar-riħ tista’ timbotta l-Arctic Metagaz, li hija twila 244 metru u wiesgħa 43 metru, eżatt ’il barra mill-kosta tal-punent ta’ Għawdex sal-Ħadd filgħaxija.
F’kumment li ta, sors qrib lil operazzjonijiet qal; “Kollox jiddependi mid-direzzjoni tar-riħ, naturalment, imma b’dan ir-rata jidher li sejjer lejn Għawdex sal-Ħadd filgħaxija jew it-Tnejn”
L-awtoritajiet f’Malta u fl-Italja qed jaħdmu flimkien biex jindirizzaw is-sitwazzjoni. Min-naħa Maltija, ir-rispons qed jiġi kkoordinat minn Transport Malta u jinvolvi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Forzi Armati ta’ Malta, u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

