Saturday, December 28, 2024

Rapporti jindikaw li l-kumpanija Trust Stamp approvat €1 miljun biex tistabbilixxi kumpanija sussidjarja f’Malta

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Skont rapporti minn GlobeNewswire, il-kumpanija Trust Stamp, li tispeċjalizza f’servizzi ta’ identifikazzjoni permezz tal-intelliġenza artifiċjali, approvat €1 miljun biex tistabbilixxi u topera kumpanija sussidjarja f’Malta. 

Tajjeb li jingħad li din il-kumpanija għandha kwartieri fl-Istati Uniti u anke fir-Renju Unit. 

Il-Kap Eżekuttiv tagħha, Gareth N. Genner ġie kkwotat jgħid li kienu qegħdin jaħdmu ma’ Malta Enterprise għal aktar minn sena u jinsabu impressjonati kemm Malta hi kommessa li tkompli tkabbar l-industrija teknoloġika.  Barra hekk, qal li kemm huma u anke Malta jinsabu kommessi li jżidu b’mod sostanzjali l-parteċipazzjoni tan-nies fis-settur teknoloġiku. 

Genner qal ukoll li fl-aħħar xhur, tkellmmu ma’ diversi dipartimenti tal-Gvern f’Malta u kitbu ittra b’intenzjoni li jaħdmu flimkien fuq sensiela ta’. inizjattivi relatati mat-teknoloġija. 

Il-fondi li ngħataw għal Trust Stamp Malta jinkludi €200,000 f’għotja, flimkien ma’ €800,000 bħala self b’interessi baxxi biex jitħallsu 75% tas-salarji tal-impjegati ta’ Trust Stamp li se jkunu bbażati f’Malta.  

Genner spjega wkoll li f’Malta mhux biss se jkun hemm it-tim tar-riċerka u l-iżvilupp, iżda se sservi wkoll bħala l-bażi biex taħdem ma’ NGOs u gvernijiet fl-Afrika. Saħaq li Malta ilha għal żminijieet twal taħdem ma’ numru ta’ gvernijiet Afrikani u għalhekk qal li hemm opportunitajiet kbar. 

Ekonomija

Sport