Monday, May 6, 2024

Rapporti li ntlemaħ katavru fil-baħar f’Marsalforn… s’issa ma nstab xejn

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tat-3.00pm meta fl-Għassa tar-Rabat Għawdex daħal rapport li kien intlemaħ katavru fil-Qbajjar f’Marsalforn.

Il-pulizija f’Għawdex mill-ewwel marru fuq il-post fejn bdew it-tfittxija. Kelliem għal pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li kien daħal rapport li kien intlemaħ katavru f’Marsalforn. Iżda l-istess kelliem qal lil Talk News li s’issa dan il-katavru għadu ma nstabx u lanqas biss intlemaħ mill-uffiċjali tal-Pulizija.

Bħalissa fuq il-post hemm uffiċjali tal-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija mill-għassa tar-Rabat. Minħabba l-maltemp qawwi li hemm fl-inħawi tal-Qbajjar hu ferm diffiċli li jekk kien hemm xi katavru jintlemaħ u jitella’ l-art.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Sport