Friday, November 15, 2024

Rapporti li r-Russja qed tixtri armi mill-Korea ta’ Fuq u l-Iran

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont rapporti fil-midja Amerikana, ir-Russi kellhom jixtru armi militari mill-Korea ta’ Fuq minħabba li l-pajjiż qiegħed isib diffikultà biex jissupplixxi l-armamenti tiegħu minħabba pressjoni kkawżata minn sanzjonijiet imposti fuqu fl-aħħar xhur.

Skont l-istess rapporti jidher li r-Russja xtrat miljuni ta’ bombi u munizzjon ieħor mill-kapitali Koreana. Minħabba l-fatt li l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna kompliet titwal, aktar mill-perjodu mbassar fil-bidu tal-invażjoni fi Frar li għadda, ir-Russi jidher li se jkunu sfurzati jixtru aktar armi mingħand il-Koreani. Skont l-istess rapporti, il-ġimgħa li għaddiet Moska rċeviet l-ewwel ordni ta’ drones mill-Iran.

L-Iran u l-Korea ta’ Fuq ilhom jippruvaw isaħħu r-relazzjonijiet tagħhom mar-Russja sa mill-mument li fih il-President Russu Vladimir Rutin iddikjara l-invażjoni fl-Ukrajna.

F’kummenti lill-midja, uffiċjal fl-Istati Uniti qal li din il-manuvra turi kemm l-militar Russu qed ikompli jsofri minn nuqqasijiet severi ta’ provvisti fl-Ukrajna, parzjalment minħabba kontrolli u sanzjonijiet fuq l-esportazzjoni.

Madanakollu skont iċ-Ċentru għar-Riċerka dwar l-Enerġija u l-Arja Nadifa Finlandiż think tank,  is-sanzjonijiet ekonomiċi wesgħin ftit għamlu ħsara lid-dħul tar-Russja mill-esportazzjonijiet tal-enerġija. Hu stmat li r-Russja għamlet €158 biljun miż-żieda fil-prezzijiet tal-fossil fuels matul is-sitt xhur ta’ invażjoni, bl-importazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jammontaw għal aktar minn nofs dan l-ammont.

Ekonomija

Sport