Rapporti fil-midja barranija qed jirrappurtaw dwar missili Russi li laqtu razzett Pollakk. Jidher madanakollu li l-kelliem tal-gvern Pollakk Piotr Mueller ma kkonfermax minnufih dawn ir-rapporti.
Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki sejjaħ laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Polonja b’urġenza wara dawn ir-rapporti.
Skont l-istess rapporti, pumpiera Pollakki minn fuq il-post ikkonfermaw li żewġ persuni mietu fi splużjoni fi Przewodów. Skont Lukasz Kucy, wieħed mill-uffiċjali fuq il-post jidher li għad hemm inċertezza rigward l-isplużjoni, bil-kelliem jiġi kkwotat jgħid “qegħdin hawn, iżda mhux ċar x’ġara”.
Dawn il-missili huma l-ewwel rapporti ta’ każ fejn l-attakk bejn iż-żewġ pajjiżi qasam fuq pajjiż tan-NATO u konsegwentament ħalla parti kbira mill-Moldova mingħajr provvista tal-elettriku.
Skont il-President Ukren Volodymyr Zelensky kienu sparati aktar minn 80 missila Russa u li kienu kollha mmirati fuq il-provvista tal-elettriku tal-pajjiż tant li fl-aħħar sigħat żdied il-kaos f’diversi postijiet li spiċċaw f’dalma minħabba qtugħ fil-provvista.