Sunday, December 22, 2024

“Rapporti u każijiet li jinvolvu vjolenza abbażi tal-ġeneru jittieħdu b’serjetà kbira”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Pulizija dwar il-protesta li saret quddiem il-Kwartieri Ġenerali fuq il-qtil ta’ Paulina Dembska…

Il-każ ta’ Paulina Dembska baqa’ jissemma’ u dan kemm fuq il-midja, kif ukoll mill-organizzazzjonijiet li jħarsu d-drittijiet tan-nisa u fl-komunità b’mod speċjali dik femminili. Dawn tal-aħħar u l-għaqdiet li jirrappreżentawhom iridu li l-każ tat-tfajla Pollakka stuprata u maqtula f’San Ġiljan fil-bidu ta’ din is-sena jkun uffiċjalment rikonoxxut bħala femiċidju u mhux kif intqal fil-crime conference, li huwa omiċidju. Fir-rigward saret anke protesta quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fejn saru diversi talbiet fosthom li vjolenza abbażi tal-ġeneru tittieħdu b’aktar serjetà.

L-ORIZZONT talab reazzjoni mill-Pulizija rigward dawn it-talbiet u l-protesta fejn qalulna li bħala Korp ħadu nota ta’ dak li ntqal waqt din il-protesta u li l-Pulizija tieħu r-rapporti u l-każijiet li jinvolvu vjolenza abbażi tal-ġeneru b’serjetà kbira. Kelliem għall-Korp żied li, “dan waqt li kull każ ta’ omiċidju, ikun x’ikun is-sess tal-vittma, jiġi investigat bl-akbar reqqa biex l-allegati suspettati jitressqu l-Qorti”.

“Is-sena l-oħra 2,000 vittma li kienu 1,405 nisa; 684 irġiel u 117 minuri, kienu assistiti minn unit fuq każijiet ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika”

IL-GBDVU

Fl-istess risposta l-Pulizija fakkru li l-allegat suspettat fil-każ tal-omiċidju ta’ Paulina Dembska ġie arrestat fi żmien siegħa mill-ħin li seħħ l-omiċidju.

Minn informazzjoni oħra li għaddewlna, f’Ottubru tal-2020 il-Pulizija waqqfet unit speċjalizzat fuq każijiet ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika – il-Gender Based & Domestic Violence Unit “GBDVU”. Sal-lum l-uffiċjali ta’ din il-unit assistew aktar minn 2,000 vittma (1,405 nisa; 684 irġiel u 117 minuri).

Il-GBDVU jikkonsisti f’madwar 30 pulizija li jaħdmu id f’id ma’ diversi entitatjiet u organizzazzjonijiet oħra fosthom iċ-Child Protection Services, l-Aġenzija Appoġġ, il-YMCA u l-Victim Support Agency li tinkludi fiha l-Victim Support Unit tal-Korp tal-Pulizija, il-Victim Support Malta, il-Mental Health Malta, il-Young People Unit, l-Active Ageing & Community Care, kif ukoll il-Legal Aid Malta.

Ekonomija

Sport