L-infieq ras għal ras mit-turisti kompla jiżdied u għal perjodu bejn Jannar u Mejju, in-nefqa’ żdiedet b’€50. Waqt li għal bejn Jannar u Mejju tas-sena 2004 it-turisti kienu jonfqu ras għal ras madwar €772 waqt il-btala tagħhom f’Malta, issa din in-nefqa telgħet għal €823. Għax-xahar ta’ Mejju, is-suq Ingliż baqa’ l-aktar wieħed b’saħħtu segwiet minn dak Taljan u Franċiz. Wara s-suq Franċiż jiġi is-suq Pollakk u warajh dak Ġermaniż segwit mis-suq Spanjol. Filfatt it-turisti Ingliżi f’Mejju ammontaw kważi 80,000 persuna, dawk mill-Italja laħqu 55,912 persuna, waqt li dawk li ġew minn Franza ammontaw għal 31,477 persuna. Il-Pollakki ammontaw għal 30,689 waqt li l-Ġermaniżi kienu ta’ 19,080 persuna.
Din l-istatistika inħarġet mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Irriżulta li bejn Jannar u Mejju, l-ammont ta’ turisti kien ta’ aktar minn 1.4 miljun turisti, żieda ta’ 14.3 fil-mija fuq l-istess perjodu s-sena ta’ qabel.