Rashed Al-Tumi rritorna ma’ Sliema Wanderers wara li qatta’ l-istaġun li għadda ma’ FC Sheriff fil-Moldova.
Prodott ta’ Valletta, Al-Tumi qatta’ aktar minn ħames snin fl-Italja fejn lagħab ma’ ASD Katane Soccer, US Citta di Palermo, Virtus Casarano, Arzachena Academy u Nocerina qabel ma ġie lura Malta biex jingħaqad ma’ Sliema Wanderers f’Jannar tal-2022 iżda s-sajf li għadda ingħaqad ma’ Sheriff.
Fost oħrajn, huwa kien strumentali biex fi tmiem l-istaġun 2023/24, Sliema rebħu l-FA Trophy.
Il-Wanderers, li kkonfermaw lil Paul Zammit bħala l-kowċ tagħhom, kienu ħabbru qabel l-akkwist ta’ Roko Prsa, Miguel Baggio, Sulahmana Mamadu Bah, Thiaguinho u Luke Montebello. Sadanittant Josip Bender, Geoffrey Acheampong, Simon Zibo, Maksym Pryadun, Samba Kone, Mohamed Awad, Samuel Gomes u Haaran Barbosa ħallew lill-klabb.