L-attakkant Daniż ta’ Atalanta, Rasmus Hojlund, qed jinteressa mhux ftit lil Bayern Munich. Dan il-plejer li għad għandu biss 20 sena, spikka ferm mal-Bergamaschi tant li skorja seba’ gowls f’26 partita milgħuba.
Bayern Munich għadhom qed ifittxu attakkant li jista’ jkun prolifiku quddiem il-lasta bl-ismijiet li baqgħu jissemmew jinkludu lil Victor Osimhen (Napoli), Harry Kane (Tottenham) u Kolo Muani (Eintracht Frankfurt).