L-attakkant il-ġdid ta’ Manchester United Rasmus Hojlund ma kienx għad-dispożizzjoni tal-kowċ Erik Ten Hag fil-logħba li lagħbu kontra Nottingham Forest ilbieraħ.
Hekk kif jumejn ilu wettaq is-sessjoni ta’ taħriġ tiegħu mar-Red Devils, hu ħass xi uġigħ f’kuxxtejh bit-tobba tal-klabb li qalulu li jkun aħjar li jagħmel ftit jiem mistrieħ.
Hojlund ingħaqad ma’ Manchester United mingħand Atalanta għas-somma ta’ €75 miljun flimkien ma’ €10 miljun ta’ bonus.