Hekk kif l-attakkant internazzjonali Daniż Rasmus Hojlund qed jissemma’ li se jkun qed iħalli lil Atalanta sabiex jingħaqad ma’ xi tim ieħor, i Bergamaschi mhux kuntent bi prezz normali tant li l-klabb prospettiv li jixtieq jixtrih, irid iħallas is-somma ta’ €90 miljun, id-doppju ta’ dak li nxtara f’Lulju li għadda.
L-iktar klabb interessat f’Hojlund hu proprju Manchester United bil-kowċ Erik Ten Haag li jixtiequ parti mill-attakk tiegħu.
Hojlund għandu 20 sena u ngħaqad ma’ Atalanta fl-istaġun li għadda, lagħab 32 logħba u skorja disa’ gowls.