“Rattab qlub il-mexxejja tad-dinja biex jieqfu l-gwerer.” Hekk priedka l-Arċisqof Charles Scicluna waqt il-pontifikal li sar dalgħodu f’ġieħ il-festa ta’ Santa Marija fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja.
Waqt l-omelija l-Arċisqof Scicluna qabbel dak li l-knisja qegħda tiċċelebbra llum – il-Festa ta’ Santa Marija – it-tlugħ fis-sena ta’ Marlija ma’ dak li qiegħed iseħħ madwar id-dinja fosthom il-gwerew li fihom qegħdin imutu eluf kbar ta’ persuni. Hu għamel referenza partikolari għal dak li qiegħed iseħħ fil-Medda ta’ Gaża fejn hemm miljuni ta’ persuni li qegħdin imutu bil-ġuħ.
“Ma nafx jekk hux se nkun tost, nitolbok tinterċedi għalina u trattab il-qlub biex jieqfu l-gwerer. Min hu bil-ġuħ ikollu x’jiekol, min hu bil-għatx ikollu x’jixrob. Ngħixu fil-paċi, madwar id-dinja kollha,” qal l-Arċisqof fil-Gudja.
Hu għamel din it-talba lil Santa Marija hekk kif bħalissa diversi mexxejja tad-dinja qegħdin jiltaqgħu f’diversi laqgħat għoljin madwar id-dinja biex jaraw jekk hemmx xi soluzzjoni biex jieqfu l-gwerer.
L-Arċisqof irrefera b’mod parikolari għal Iżrael fejn qal li “u meta nisimgħu din il-kelma ‘Iżrael’ f’dawn il-ġranet, aħna nitolbuk int bint il-poplu ta’ Iżrael biex lil poplu tiegħek turih it-triq tal-paċi, it-triq tal-ġustizzja. Urieh it-triq tar-rispett tad-dinjità umana ta’ kulħadd.”