Wednesday, August 27, 2025

Raymond Spiteri … atleta veteran Għawdxi

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?

Minn dejjem kont inħobb l-isport, speċjament il-ġiri. In-namra tal-ġiri bdiet meta konna nagħmlu l-isports day l-iskola, u iktar ‘il quddiem informajt Iill-klabb Għawdxi Gozo Atletix li jien parti minnu. Min hemm komplejna bit-taħriġ tajjeb taħt il-gwida ta’ diversi kowċis. Bdejna nidħlu wkoll għal ġirjiet kull weekend f’ Malta.

X’suċċessi maġġuri ksibt sa issa bħala atleta?

Kelli ħafna memorji sbieħ. L-iktar waħda li tibqa’ f’moħħi hija l-Half Marathon Trail li mort tajjeb fiha, u anke xi snin ilu l-mountain run ta’ Binġemma. Kelli xi half marathon oħra fl-Iżvizzera li kienet ukoll esperjenza sabiħa.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?

Għad baqa’ xi jsir imma hawn atleti tajbin kemm Malta kif ukoll Għawdex.

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Riżorsi hemm it-trakka tal-Marsa f’Malta u Għawdex hemm it-trakka taż-żwiemel li tista’ titranġa għall-aħħar fuq in-naħa ta’ ġewwa.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?

Illum jien veteran u nitlob lil Alla biex iżommni f’saħħti biex inkompli nipprattika dan l-isport tant għal qalbi!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport