Real Betis jinsabu viċin li jilħqu ftehim ma’ Manchester United dwar il-winger Brażiljan Antony li hu reġistrat mat-tim minn Old Trafford iżda qatt ma laħaq l-aspettattivi meħtieġa.
Il-United qed jitolbu bejgħ permanenti li jlaħħaq mal-€40 miljun, iżda Betis m’għandhomx il-mezzi finanzjarji. Għaldaqstant qed jissuġġerixxu ftehim differenti, inkluż ħlasijiet imqassma fuq medda ta’ xhur Minkejja kollox, rapporti jindikaw li ż-żewġ naħat qed jersqu dejjem aktar viċin li jagħlqu l-ftehim dalwaqt.