Sunday, December 22, 2024

Real ma’ Barca u 14-il club joħorġu stqarrija fuq il-każ Negreira

Aqra wkoll

Dak li qed jissejjaħ El Caso Negreira qed ikompli jiddomina l-aħbarijiet fix-xena tal-football Spanjol, ftit inqas minn ġimgħa minn meta faqqgħet l-istorja li Barcelona kienu ħallsu lill-kumpanija ta’ Enrique Negreira, eks viċi-president tal-Kumitat Tekniku tar-Referees.

Il-ħlasijiet, li saru bejn l-2016 u l-2018, li jammontaw għal €1.4 miljuni, ġew żvelati li kienu għal rapporti ta’ scouting u rapporti fuq referees partikolari, li ntużaw mill-ewwel team sabiex jimmaniġġjawhom aħjar fil-ground.

Ħafna assoċjati mal-football Spanjol kienu rrabjati għal dawn l-aħbarijiet, inkluż il-president ta’ La Liga, Javier Tebas, li talab lil Joan Laporta biex tirriżenja jekk il-president ta’ Barcelona ma jkunx jista’ jispjega l-iskandlu.

Diversi clubs fil-pajjiż ukoll kienu furjużi bl-aħbar, u sussegwentement ħarġu stqarrija, permezz ta’ La Liga, li “ċaħdet u kkundannat” il-fatti tal-każ Negreira.

Erbatax-il (14) club allinjaw ruħhom ma’ din id-dikjarazzjoni, fosthom Atletico Madrid u Sevilla, iżda Real Madrid kienu interessanti assenti mil-lista ta’ dawk involuti, minkejja l-argument li kien se jkollhom l-aktar x’jiggwadanjaw jekk Barcelona jiġu kkastigati severament.

Wieħed irid jara jekk Barcelona humiex se jiffaċċjaw kastig, għalkemm diġà ġie kkonfermat li mhux se jiġu sanzjonati f’perspettiva sportiva.

Ekonomija

Sport