Real Madrid huma l-favoriti netti li jakkwistaw lid-difensur ċentrali ta’ Chelsea, Antonio Rudiger.
Il-kuntratt tal-internazzjonali Ġermaniż fi Stamford Bridge għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u issa mistenni jħalli lill-Blues bi free transfer.
Manchester United, Bayern Munich u Paris Saint-Germain kienu marbuta b’mod qawwi mad-difensur, li skorja ħames darbiet u rreġistra erba’ assists f’47 dehra għal Chelsea f’dan l-istaġun.
Madankollu, huwa mifhum li Real Madrid issa jinsabu fuq quddiem tat-tellieqa għall-akkwist tiegħy, bil-ġganti Spanjoli huma ‘l-eqreb team biex jinstab ftehim għalih’.
Id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat ilhom li bdew minn Diċembru, filwaqt li l-manager tal-Los Blancos Carlo Ancelotti qed jagħmel pressjoni biex il-Ġermaniż imur jilgħab fil-Bernabeu.
Manchester United issa huma rrappurtati wkoll ‘barra mit-tellieqa’ minkejja li kienu marbuta b’mod qawwi mas-servizzi tiegħu f’dawn l-aħħar xhur.
Il-player ta’ 29 sena ilu player ewlieni għal Chelsea mill-wasla ta’ Thomas Tuchel bħala manager, iżda bħalissa mhux f’pożizzjoni li jiffirma ftehim ġdid mal-Blues minħabba s-sanzjonijiet li tpoġġew fuq is-sid tal-Blues, Roman Abramovich.