Tuesday, September 24, 2024

Real Madrid fost il-favoriti li jakkwistaw lil Jude Bellingham

Aqra wkoll

Real Madrid huma fost il-favoriti li jakkwistaw lil Jude Bellingham iżda mhux se jħallsu l-€150m li Borussia Dortmund jingħad li qed jitolbu għall-firma tiegħu.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena mistenni jitlaq lil BVB fis-sajf li ġej, b’ħafna mill-akbar klabbs fil-futbol dinji jingħad li huma ħerqana għas-servizzi tiegħu.

Manchester United, Liverpool, Chelsea u Manchester City huma kollha maħsuba li qegħdin fit-tfittxija għall-firma tal-plejer internazzjonali Ingliż.

Sport