Saturday, May 17, 2025

Real Madrid iħallsu l-klawsola ta’ Dean Huijsen

Aqra wkoll

Real Madrid mistennija jiffirmaw lid-difensur ċentrali ta’ Bournemouth, Dean Huijsen, wara li aċċettaw li jħallsu l-klawsola tar-rilaxx ta’ £50 miljun tad-difensur.

L-internazzjonali Spanjol ta’ 20 sena, jinsab qrib li jaqbel fuq t-termini personali mal-club ta’ La Liga, wara li rrifjuta numru ta’ offerti biex jibqa’ fl-Ingilterra.

Madrid se jattivaw il-klawsola tar-rilaxx fil-kuntratt ta’ Huijsen ma’ Bournemouth, li huwa ffirma inqas minn 12-il xahar ilu.

Il-ħlas se jitħallas fi tliet pagamenti, biż-żewġ clubs preċedenti ta’ Huijsen mistennija jirċievu porzjon tal-ħlas – Juventus huma dovuti 10% u Malaga 5%.

Real riedu jlestu l-iffirmar qabel l-ewwel Tazza tad-Dinja tal-Clubs tax-xahar id-dieħel fl-Istati Uniti.

Huijsen kellu sa seba’ offerti fuq il-mejda, u kien ġibed l-interess mill-clubs tal-Premier League, Chelsea, Liverpool, Arsenal u Newcastle.

Huijsen għażel lil Real u se jirritorna lejn Spanja fejn trabba, jilgħab għall-akkademja tal-Costa Unida CF f’Marbella u t-team taż-żgħażagħ ta’ Malaga.

Il-coach ta’ Bayer Leverkusen, Xabi Alonso, li mistenni jieħu post Carlo Ancelotti bħala coach ta’ Real, kien strumentali fid-deċiżjoni li jiffirma lid-difensur u ta prijorità lill-iffirmar ta’ difensur ċentrali żagħżugħ.

Huijsen ingħaqad ma’ Bournemouth mingħand Juventus fis-sajf li għadda għal ħlas ta’ £12.6 miljuni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport