Wednesday, March 26, 2025

Real Madrid iridu lil Dean Huijsen

Aqra wkoll

Real Madrid lesti jħallsu offerta ta’ £46 miljun ($60miljun) għad-difensur żagħżugħ ta’ Bournemouth Dean Huijsen. Dan tal-aħħar qed jiġi segwit minn Chelsea li wkoll iridu jiffirmawh.

Diversi mezzi tax-xandir Spanjoli qed jirrapurtaw li l-Madrileni huma ħerqana fuq id-difensur, li ddebutta ma’ Spanja l-ġimgħa li għaddiet u impressjona fl-istaġun tad-debutt tiegħu fil-Premier League ma’ Bournemouth. Il-Blues qed iżommu wkoll għajnejhom fuqu – iżda kollox jiddependi jekk iċ-Cherries humiex lesti li jbigħu lil dan il-plejer li għandu klawsola ta’ £55m ($71miljun) fil-kuntratt tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport