Real Madrid jistgħu jagħmlu offerta għall-midfielder ta’ Napoli, Fabian Ruiz, matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Il-futur tal-player ta’ 25 sena bħalissa huwa suġġett ta’ ħafna spekulazzjonijiet, b’Manchester United u Arsenal fost il-clubs li għandhom jiġu kkreditati b’interess fil-player internazzjonali ta’ Spanja.
Ruiz daħal fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu f’Napli, u Real Madrid qed iżommu ħarsithom fuq is-sitwazzjoni.
Il-coach tal-Los Blancos Carlo Ancelotti ‘jammira’ lill-midfielder, li dan is-sajf irid jirritorna fil-La Liga aktar milli jmur jilgħab fil-Premier League.
Preċedentement Ruiz irrappreżenta lil Real Betis bejn l-2004 u l-2018, fejn għamel 60 dehra mal-ewwel team tagħhom qabel ma ngħaqad ma’ Napoli fl-2018.
L-Ispanjol, li hu wkoll maħsub li jkun mira fit-tul għal Barcelona, skorja 20 goal u pprovda 14-il assist f’155 dehra għall-club Taljan tiegħu.