Friday, October 11, 2024

Real Madrid iridu lil Jude Bellingham

Aqra wkoll

Delegazzjoni magħmula minn erba’ persuni li huma rappreżentanti ta’ Real Madrid jinsabu fil-belt Ġermaniża ta’ Dortmund sabiex jitkellmu mad-diriġenti ta’ Borussia Dortmund. L-għan ta’ din il-laqgħa hu li jġibu lil Jude Bellingham lejn Estadio Santiago Bernabeu għall-istaġun li ġej.

Bellingham jidher favorevoli għal din l-idea għalkemm irid jara xi klawsoli fil-kuntratt tiegħu. Hu ilu ma’ Dortmund sa mill-2020 fejn skorja disa’ gowls f’90 partita.

Sport