Real Madrid għandhom pjanijiet biex jakkwistaw kemm lil Kylian Mbappe kif ukoll lil Erling Braut Haaland fis-sajf tal-2022.
Mbappe fadallu ftit aktar minn sitt xhur fil-kuntratt tiegħu ma’ Paris Saint-Germain, u ż-żagħżugħ ta’ 22 sena ta x’jifhem li jista’ jitbiegħed mill-Parc des Princes wara li stqarr li huwa ħerqan li jesperjenza “kulturi differenti” matul ħajtu.
Anke jekk il-Franċiż se jkun jista’ jżomm negozjati ta’ qabel il-kuntratt ma’ clubs oħra mill-1 ta’ Jannar, id-direttur sportiv ta’ PSG Leonardo jibqa’ kunfidenti li l-attakkant se jimpenja l-futur tiegħu mal-club minn Pariġi.
Intant, Haaland mistenni jħalli lil Borussia Dortmund fis-sajf li ġej meta l-klawsola ta’ release tiegħu ta’ £64m issir attivata.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Dortmund, Hans-Joachim Watzke, huwa maħsub li kkonferma l-interess ta’ Real fl-internazzjonali Norveġiż, għalkemm l-aġent tal-player Mino Raiola ċaħad rapporti li kuntratt fis-Santiago Bernabeu diġà ġie miftiehem.
Real Madrid se jkomplu jsegwu l-firma ta’ Mbappe iżda se jimmiraw ukoll għat-tieni akkwist maġġuri u offerta għal Haaland qabel l-istaġun 2022-23.
Mbappe skorja 13-il goal u pprovda 14-il assist fi 23 dehra għal PSG dan l-istaġun, filwaqt li Haaland sab ix-xibka 19-il darba u rreġistra ħames assists f’16-il partita biss fil-kompetizzjonijiet kollha għal Dortmund.