Tuesday, September 30, 2025

Real Madrid iridu lil Vitinha

Aqra wkoll

Real Madrid qed jimmiraw li jiffirmaw lill-plejer stilla ta’ nofs il-grawnd ta’ Paris St Germain Vitinha. Los Merengues huma lesti jħallsu sa €100 miljun biex iġibu l-plejer. Madankollu, il-kuntratt attwali ta’ Vitinha ma’ PSG jdum sal-2029, u dan jagħmel aktar diffiċli li ċ-champions Ewropej jinnegozjaw trasferiment għalih.

Il-klabb Franċiż ma jidhirx li hu lest li jħalli lil wieħed mill-plejers ewlenin tagħhom faċilment, iżda Real Madrid se jippruvaw joħorġu somma ġeneruża biex iħajru lill-Pariġini ibigħuh.

Vitinha għandu 25 sena u lagħab 99 logħba ma’ PSG u skorja 15-il gowl.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport