Real Madrid qed jagħmluha prijorita’ ewlenija li matul is-sajf li ġej jiksbu s-servizzi tad-difensur ċentrali William Saliba mingħand Arsenal. Dawn tal-aħħar ma jridux jitilfu lill-plejer Franċiż fejn anke l-kowċ Mikel Arteta sostna li hu mhux għall-bejgħ.
Saliba għandu 23 sena u beda l-karriera tiegħu ma’ Saint Etienne. Hu ngħaqad ma’ Arsenel fis-sena 2019 għalkemm għamel żmien misluf lil Nice u Olympique Marseille.
Mal-Gunners hu lagħab 87 logħba u skorja sitt gowls.