Fil-Kampjont Spanjol, Real Madrid sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun meta sfaw megħluba mir-rivali tal-istess belt, Rayo Vallecano bl-iskor ta’ 3-2 biex Barcelona baqgħu fil-quċċata tal-klassifika, b’vantaġġ ta’ żewġ punti.
Din qed titqies bħala telfa umiljanti għal Real hekk kif huma tilfu kontra team mis-subborg tal-klassi tal-ħaddiema ta’ Vallecas.
Kien Santi Comesana li fetaħ l-iskor għat-team ospitu wara biss ħames minuti iżda Luka Modric (37 pen) u Eder Militao (41) dawru l-iskor favur Real.
Madankollu Vallecano skorjaw darbtejn mingħajr risposta minn Alvaro Garcia (44) u Oscar Trejo (67 pen).
Wara l-partita l-coach, Carlo Ancelotti, deher irrabjat fejn sostna li fallew wisq ċansijiet ta’ skor li swewhom it-tliet punti.