Tuesday, September 24, 2024

Real Madrid jakkwistaw lil Arda Guler

Aqra wkoll

Real Madrid lestew l-iffirmar tal-midfielder tat-Turkija, Arda Guler, 18-il sena, mingħand Fenerbahce.

Imsejjaħ ‘il-Messi Tork’, huwa ffirma kuntratt ta’ sitt snin fil-Bernabeu fejn se jingħaqad mal-internazzjonali tal-Ingilterra, Jude Bellingham.

Guler skorja erba’ goals u pprovda erba’ assists fl-istaġun li għadda, u għamel wirja ta’ Player tal-Logħba fil-finali tat-Tazza Torka. Ix-xahar li għadda, huwa sar l-iżgħar player li skorja għat-Turkija.

Wara li kien ilu msemmi ma’ bidla għal wieħed mill-clubs ewlenin fl-Ewropa, Real Madrid għelbu lit-trio tal-Premier League, Arsenal, Manchester United u Newcastle, kif ukoll lil Bayern Munich u Paris St-Germain għall-firma tiegħu.

Real ma żvelawx il-ħlas involut iżda ġie rrappurtat li huwa ta’ madwar €20 miljun.

Sport