Real Madrid għelbu lil Atletico Madrid bl-iskor ta’ 5-3 fil-ħin barrani fis-semi-finali tas-Super Cup Spanjola li ntlagħbet fl-Arabja Sawdija.
Kien Mario Hermoso (7) li fetaħ l-iskor għal Atletico iżda Antonio Rudiger (20) u Ferland Mendy (29) dawru l-iskor għal Real.
Madankollu żewġ goals li waslu minn Antoine Griezmann (37) u minn auto-goal ta’ Antonio Rudiger (78) taw vantaġġ lil Atletico għal 3-2 … u kollox deher li kienu se jirbħu dan il-konfront.
Iżda Daniel Carvajal (85) kiseb id-draw għal Real biex il-partita kellha tmur fil-ħin barrani.
F’dan il-perjodu, it-team immex mill-coach, Carlo Ancelotti, skorja darbtejn mingħajr risposta biex ħareġ rebbieħ bl-iskokr ta’ 5-3, bil-goals jaslu minn Daniel Carvajal (116) u auto-goal ta’ Stefan Savic (116).