Real Madrid qed jemmnu li rebħu t-taqtiegħa biex jiffirmaw lill-midfielder internazzjonali Ingliż ta’ Borussia Dortmund, Jude Bellingham, fi ftehim ta’ £100 miljun aktar.
L-istilla żagħżugħa tal-Ingilterra qed tiġi segwita minn bosta clubs fosthom Liverpool, Manchester City, Manchester United, Chelsea u Paris Saint-Germain.
Iżda l-Madrileni huma kunfidenti li, wara li matul din is-sena wrew interess kbir fis-servizzi ta’ dan il-player ta’ 19-il sena, se jirrifjuta li jmur jilgħab fil-Premier League … biex jingħaqad magħhom.
Rapporti kienu qed isostnu li Liverpool huma l-aktar viċin li jiffirmawh wara li “laħqu” ftehim personali … minbarra li l-familjari tiegħu jridu jmur jilgħab f’Anfield.
Anke waqt it-Tazza tad-Dinja li ntlagħbet fil-Qatar, Bellingham kien jintlemaħ biss maż-żewġ players ta’ Liverpool, Trent Alexander-Arnold u Jordan Henderson.
Min-naħa tagħhom, Manchester City qed iħossu li mhumiex barra mit-tellieqa u mistennija jgħollu l-offerta tagħhom biex jiffirmaw lil Bellingham, li ngħaqad mal-club Ġermaniż fis-sajf tal-2020 għal £30 miljun.
l