Real Madrid identifikaw lill-attakkant ta’ Manchester United, Edinson Cavani, bħala alternattiva għal Erling Braut Haaland.
Huwa mifhum li Manchester City għamlu avvanz fin-negozjati għall-attakkant ta’ Borussia Dortmund billi qablu dwar termini personali mar-rappreżentanti tiegħu.
Dan jidher li ħalla lil Real Madrid u Paris Saint-Germain b’deċiżjoni x’jagħmlu dwar il-pjanijiet tagħhom għall-istaġun 2022-23, partikolarment meta jkollhom kwistjonijiet oħra ogħla fil-lista ta’ prijorità tagħhom.
Madankollu, jidher li l-Los Blancos jistgħu jkunu lesti li jġibu lil Cavani bi ftehim għal żmien qasir jekk jonqsu milli jżidu lil Haaland mal-iskwadra tagħhom.
Il-player ta’ 35 sena kellu staġun mimli injuries f’Old Trafford, fejn beda biss seba’ partiti u għamel 11-il ħarġa bħala sostitut, u l-veteran se jħalli l-club fi tmiem il-kuntratt tiegħu f’Ġunju.
Jidher li l-player internazzjonali Urugwajan, li kien marbut b’mod qawwi ma’ ritorn fl-Amerika t’Isfel, jista’ jkun qed jaċċetta rwol ta’ sostitut fil-Bernabeu, filwaqt li Carlo Ancelotti x’aktarx li ma jkunx kontra li jsaħħaħ l-attakk tiegħu hekk kif Gareth. Bale mistenni jħalli l-club.