Fl-aktar partita mistennija fil-Kampjonat Spanjol, f’darhom Real Madrid għelbu lil Barcelona bl-iskor ta’ 2-1.
Il-Madrileni kellhom bidu tajjeb meta wara biss 12-il minuta fetħu l-iskor meta Toni Kroos rebaħ ballun fuq Sergio Busquets biex għadda lejn Vinicius Jr li avvanza iżda x-xutt tiegħu ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper Andre ter Stegen u mir-rebound, Karim Benzema xeħet fix-xibka.
Fil-35 minuta, huma rduppjaw meta azzjoni mibdija minn Vinicius Jr, qassam lejn Rodrygo li kompla lejn Ferland Mendy li żmarka lil Federico Valverde li b’xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fix-xibka.
Seba’ minuti minn tmiem il-partita, Barcelona daħlu fil-partita meta mill-cross ta’ Ansu Fati, Robert Lewandowski fflikkja l-ballun lejn Ferran Torres li kien pront sammar il-ballun fix-xibka.
Mandankollu, fil-91 minuta, il-Madrileni ssiġillaw ir-rebħa meta ngħataw penalty hekk kif Eric Garcia kkommetta foul fuq Rodrygo fil-kaxxa biex mill-11-il metru l-istess player tefa’ lill-partitarji ta’ Real Madrid f’dellirju ta’ ferħ.