Saturday, September 14, 2024

Real Madrid jirrifjutaw offerta ta’ Tottenham għal Rodrygo

Aqra wkoll

Hekk kif Tottenham Hotspur kienu qed jinnegozjaw ma’ Bayern Munich dwar it-trasferiment ta’ Harry Kane, id-diriġenti minn Londra kienu qed jippruvaw jiksbu baxx baxx is-servizzi tal-attakkant ta’ Real Madrid Rodrygo. Huma kienu qed joffru s-somma ta’ €150 miljun lil Merengues iżda dawn xotti xotti irrifjutaw kull tip ta’ diskussjoni.

Kien l-istess kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti li ddikjara b’mod kategoriku li Rodrygo jifforma parti importanti mill-iskwadra tiegħu.

Ekonomija

Sport