Real Madrid jistgħu jagħmlu offerta għall-midfielder ta’ Chelsea, N’Golo Kante, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf jekk jonqsu milli jassiguraw is-servizzi ta’ Aurelien Tchouameni ta’ Monaco.
Il-Los Blancos mistennija jagħmlu offerta għall-midfielder ċentrali ġdid fis-suq li ġej, u Touchameni jibqa’ marbut b’mod qawwi ma’ bidla fil-kapitali Spanjola.
Madankollu, għadd ta’ clubs ewlenin Ewropej oħra huma wkoll maħsuba li huma ħerqana għall-internazzjonali Franċiż, u t-team immexxi minn Carlo Ancelotti ħejja lil Kante bħala alternattiva possibbli.
Il-player ta’ 31 sena reġa’ kien player ewlieni għal Chelsea matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 32 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja żewġ goals u pprovda ħames assists fil-proċess.
Madankollu, il-kuntratt ta’ Kante fi Stamford Bridge għandu jiskadi f’Ġunju tal-2023, u dan l-aħħar kien hemm spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu fil-kapitali Ingliża.
Paris Saint-Germain hu maħsub li ppruvaw jiffirmaw lill-midfielder f’Jannar, iżda r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 ċaħad l-opportunità li jitkellem mat-team immexxi minn Mauricio Pochettino.
Kante għamel 250 dehra ma’ Chelsea minn mindu ngħaqad magħhom mingħand Leicester City fl-2016.