Tuesday, April 15, 2025

Real Madrid jitħajru għal Erling Haaland

Aqra wkoll

Real Madrid qed isegwu sew il-progress tal-attakkant internazzjonali Norveġiż Erling Braut Haaland. Dan tal-aħħar għandu kuntratt fit-tul ta’ Manchester City, iżda los Blancos mhux se jaqtgħu qalbhom għalih u mistennija jmorru għalih speċjalment jekk jitilfu lil Vinicius Junior li hemm xnigħa li se jmur jilgħab fl-Arabja Sawdija.

Ovvjament id-diriġenti taċ-champions Ingliżi ċaħdu għal kollox din l-ispekulazzjoni hekk kif qed jgħidu li l-gazzetti Ingliżi jridu biss jimlew il-paġni tagħhom u mhux qed jiddiskutu bl-ebda mod il-futur tal-ġojjell tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport