Minkejja l-investiment finanzjarju li għamlu fuq il-plejer ta’ nofs il-grawnd Aurelien Tchouameni, Real Madrid huma lesti li jbiegħu lil dan il-plejer hekk kif ma ħalliex l-impatt mixtieq f’Estadio Santiago Bernabeu.
Tchouameni, li għandu 22 sena ftit kien tajjeb fil-wirjiet tiegħu bid-diriġenti Madrileni li possibbilment jistgħu jisimgħu l-proposti tal-klabb prospettivi li jixtiequ jiksbu l-firma tiegħu. Fost l-oħrajn qed jissemmew tliet timijiet Ingliżi fosthom Liverpool, Chelsea, Arsenal u Manchester United kif ukoll iċ-champions Franċiżi Paris St Germain.
Il-Madrileni qed jistmaw li l-plejer jiswa madwar €70 miljun.