Real Madrid jista’ jkun li m’għandhom xejn għal xiex jilagħbu matul il-kumplament ta’ dan l-istaġun (apparti l-battalja għat-tieni post), iżda huma determinati li jtemmu l-kampanja tagħhom fuq nota tajba.
Dan qed jagħmluh bħalissa wara li nhar l-Erbgħa filgħaxija għelbu Rayo Vallecano 2-1 fil-Bernabeu waqt li Atletico Madrid ġew miżmuma draw 3-3 minn Espanyol meta kienu qed jilagħbu barra minn darhom.
Kien Karim Benzema (31) li fetaħ l-iskor għall-Madrileni waqt li Paul De Tomas (84) kiseb id-draw għal Espanyol bil-goal tar-rebħa jiskorjah Rodrygo (89).
Min-naħa ta’ Atletico huma marru 3-0 minn fuq b’goals minn Saul Niguez (21), Antoine Griezmann (44) u Yannick Carrasco (46). Iżda tliet goals fi kwarta minn Cesaar Montes (64), Joselu (76 pen) u Vinicius De Souza Costa (79) ċaħħdu lit-team ta’ Diego Simeone milli jżomm it-tieni post fil-klassifika.