Thursday, December 26, 2024

Real Madrid mingħajr 11-il player tal-ewwel team għall-partita kontra Athletic Bilbao

Aqra wkoll

Real Madrid se jkunu mingħajr 11-il player tal-ewwel team għall-partita tal-La Liga tal-Erbgħa kontra Athletic Bilbao.

Il-Los Blancos qed isofru minn tifqigħa tal-COVID-19 fl-iskwadra tagħhom, wara li rreġistraw tmien testijiet pożittivi fl-aħħar ġimgħa.

Il-club ikkonferma li David Alaba u Isco huma l-aħħar li ntlaqtu mill-virus, u ngħaqdu ma’ Luka Modric, Marcelo, Marco Asensio, Gareth Bale, Rodrygo u Andriy Lunin fit-testijiet pożittivi.

Minn dawk, Modric minn dak iż-żmien irritorna test negattiv, iżda għadu jbati minn sintomi u b’riżultat ta’ dan se jitlef il-partita tal-Erbgħa f’San Mames.

B’Dani Carvajal u Dani Ceballos bħalissa barra mill-azzjoni minħabba injury u Casemiro sospiż, Carlo Ancelotti se jkollu nieqes 11-il player għall-aħħar logħba tat-team tiegħu fl-2021.

Il-ġganti Spanjoli se jkunu wkoll mingħajr l-assistant coach Davide Ancelotti, li wkoll irriżulta pożittiv għall-coronavirus.

Real Madrid raw is-sensiela ta’ 10 partiti kollha rebħ tagħhom tasal fi tmiemha bi draw frustranti ta’ 0-0 ma’ Cadiz nhar il-Ħadd, iżda xorta waħda baqgħu fil-quċċata tal-La Liga.

Ekonomija

Sport