Real Madrid mistennija jistennew sal-2023 qabel ma jressqu offerta għall-player ta’ Bayer Leverkusen, Florian Wirtz.
Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena qed jitqies bħala wieħed mill-aqwa prospetti fl-Ewropa wara l-wirjiet tiegħu dan l-istaġun, fejn irreġistra 10 goals u 13-il assist minn 28 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Il-progress mgħaġġel ta’ Wirtz wassal għal interess minn clubs bħal Real Madrid, Manchester United u Chelsea, iżda Leverkusen m’huma taħt l-ebda pressjoni biex ibigħu lil da nil-player, li l-ftehim tiegħu jiskadix fl-2026.
Huwa mifhum li l-Los Blancos mhumiex lesti li jagħmlu offerta għal Wirtz dan is-sajf, b’Carlo Ancelotti jiffoka fuq li jipprova jtejjeb oqsma oħra tal-midfield.
Jidher li ċ-chief scout ta’ Real Madrid Juni Calafat se jżomm ħarstu mill-qrib fuq il-wirjiet ta’ Wirtz, iżda l-playmaker jista’ jinbiegħ għal ċifra ta’ €100m.
Wirtz – li kien prospett tal-akkademja taż-żgħażagħ ta’ Koln qabel ma ngħaqad ma’ Bayer Leverkusen fl-2020 – sa issa skorja 19-il goal u pprovda 21 assist minn 75 dehra mat-team tal-kbar ta’ Leverkusen, kif ukoll irreġistra żewġ assists minn erba’ dehriet mat-team nazzjonali Ġermaniż.