Saturday, October 12, 2024

Real Madrid mistennija jkunu mingħajr tliet players kontra RB Leipzig

Aqra wkoll

Real Madrid mistennija jkunu mingħajr is-servizzi ta’ tliet players tal-ewwel team għall-konfront taċ-Champions League tal-lum l-Erbgħa kontra RB Leipzig.

Karim Benzema diġà ġie eskluż definittivament mill-kompetizzjoni minħabba l-problema fil-koxxa li sofra kontra Celtic matul il-ġimgħa li għaddiet.

Sadanittant, Eder Militao kellu jħalli l-grawnd ukoll fir-rebħa ta’ 3-0 fi Glasgow, bil-player internazzjonali Brażiljan sofra injury fil-hamstring, li wasslet biex Antonio Rudiger ikun inkluż bħala sostitit għat-tieni taqsima.

Sport