Saturday, October 12, 2024

Real Madrid miżmuma u Barcelona jirbħu

Aqra wkoll

Fil-kampjonat Spanjol, Barcelona naqqsu d-distakk għall-punt wieħed biss mil-leaders Real Madrid.

Filwaqt li l-Katalani għelbu lil Valencia barra minn darhom bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal rebbieħ jasal minn Robert Lewandowski fil-ħin miżjud, f’darhom il-Madrileni sfaw miżmuma minn Girona bl-iskor ta’ 1-1.

Real kienu l-aħjar team fl-ewwel taqsima iżda ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja.

Kien Vinicius Junior (70) li fetaħ l-iskor għal Real iżda Christian Stuani kiseb id-draw minn penalty ta’ Christian Stuani (80).

Fil-ħin miżjud il-Madrileni spiċċaw b’10 players meta tkeċċa Toni Kroos (89).

Sport