Sunday, October 20, 2024

Real Madrid se jippruvaw iġibu lil Acheampong f’Jannar

Aqra wkoll

Real Madrid se jippruvaw jakkwistaw is-servizzi tad-difensur żagħżugħ ta’ Chelsea Josh Acheampong. Dan tal-aħħar għad għandu biss 18-il sena u taħt il-kowċ Enzo Maresca qed jilgħab għal diversi minuti, kuntarju għal dak li kien jagħmel l-eks kowċ Mauricio Pochettino li lagħbu biss ħames minuti tul staġun sħiħ.

Il-Madrileni se jippruvaw jaslu għal dan it-talent f’Jannar li ġej hekk kif l-iscouts tagħhom kellhom kummenti favorevoli fuq il-kwalitajiet difensivi tiegħu. Min-naħa tiegħu, Acheampong irid ħafna jmur jilgħab f’Estadio Santiago Bernabeu u fisser kif din il-ħolma taf issir realta’.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport