Wednesday, December 25, 2024

Real Madrid u Villarreal jikkwalifikaw għas-semi-finali tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Il-bieraħ intlagħab l-ewewl programm tat-tieni leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League fejn Real Madrid u Villarreal saru l-ewwel semi-finalisti meta għelbu lil Chelsea u Bayern Munich rispettivament. 

Real Madrid v Chelsea – Minkejja li Real Madrid sfaw megħluba 3-2 minn Chelsea, huma għaddew għas-semi-finali b’aggregate ta’ 5-4. 

Chelsea kellhom bidu taj­jeb u wara kwarta logħob fetħu l-iskor minn Mason Mount.

Wara dan il-goal, filwaqt li l-Madrileni dehru maħsuda, Chelsea kibru fl-istatura u bdew iżidu l-pressjoni fejn proprju ġew ippremjati meta, fil-51 minuta, irduppjaw minn daqqa ta’ ras ta’ Antonio Rudiger … u pro­prju sitt minuti wara Marcos Alonso skorja iżda l-goal ġie mħassar għal handsball matul il-proċess. 

Fil-61 minuta, Real Mad­rid resqu viċin iżda Karim Benzema ġie mċaħħad mill-mimduda. 

Madankollu kien Timo Werner (75) li skorja t-tielet goal għal Chelsea iżda ħames minuti wara Rodrygo rreċiproka għal Real biex il-partita kellha tmur fil-ħin barrani. U kien Karim Benzema (96) li skorja l-goal importanti għall-Madrileni. 

Bayern M. v Villarreal – Villarreal spiċċaw fi draw ta’ 1-1 għand Bayern Munich biex għaddew b’aggregate ta’ 2-1.

Wara taqsima bla goals, fit-52 minuta Bayern fetħu l-iskor mis-solitu Robert Lewandowski.  Iżda proprju fl-aħħar minuta Samuel Chukweze skorja dak li kellu jkun tal-kwalifikazzjoni għall-Ispanjoli.  

Ekonomija

Sport