Saturday, December 21, 2024

Reazzjonijiet għar-riżenja tad-Deputat Laburista Silvio Grixti

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Tabib bravu u tal-qalb. Dejjem sibt għajnuna minn għandek meta inkun muġugħ. Grazzi ta kollox anka ta kemm-il darba ma ridtx flus.”

Hekk sostna Raymond Ciancio li kien fost il-persuni li kkummentaw wara li  d-Deputat Laburista Silvio Grixti ħabbar li se jkun qed jirriżenja minn Membru Parlamentari. 

Wara l-komunikat tiegħu kien hemm baraxx ta’ kummenti mill-kostitwenti, ħafna jirringrazzjawh ta’ kemm għen liż-żgħir u lill-batut. Rita Galea f’messaġġ li kitbitlu qaltlu li “grazzi ta’ kollox dott.  Int bniedem b’qalb tad-deheb. Dejjem kont hemm għall-pazjenti tiegħek u anki m’humiex fejn kine hemm il-bżonn. Dejjem għent u sibniek. Għamilt minn kollox għall-batut. Aħna nibqgħu warajk dejjem u nibqgħu nafuhulek tal-qalb kbira li għandek”.

Kumment ieħor kien jgħid: “M’hemmx kuluri, m’hemmx politika. Imma dejjem kont hemm biex tgħin lill-pazjenti. Bniedem ta’ rispett. Tabib bravu. Saħħa qabel kollox. F’isem il-familja ngħidlek grazz mill-qalb ta’ dak kollu li għamilt magħna.”

Sas-6.00 tal-bieraħ filgħaxija fil-Parlament kienet għadha ma ġiet ippreżentata ebda riżenja, tant li sa dak il-ħin ma‘ kien hemm ebda kommunikazzjoni mal-President tar-Repubblika biex issir ‘by election’ għal post li jkun ġie battal. Minkejja dan tard ilbieraħ filgħaxija, id-Deputat Laburista Silvio Grixti tkellem u kkonferma xnigħat li kienu għaddejjin fil-kostitwenza tiegħu u li kienu jgħidu li kien se jirriżenja minn Deputat Laburista. Ix-xnigħat kienu jgħidu li t-tabib Silvio Grixti kien se jirriżenja mill-Parlament wara li allegatament ġie interrogat mill-Pulizija dwar investigazzjoni li saret fuq ċertifikati tal-mard. Allegatament it-tabib Grixti kien interrogat mill-Pulizija fit-Taqsima tar-Reati Finanzjarji.

It-tabib Żejtuni, magħruf għal mod  kemm jgħin lill-kostitwenti, tant li lbieraħ kien hemm nies li kważi qabżilhom id-dmugħ għal aħbar li t-tabib Grixti kien se jirriżenja. Dan is-sit jista’ jikkonferma li x-xniegħat bdew jinstemgħu sa minn kmieni ħafna wara nofsinhar, b’għadd ta’ kostitwenti ma jistgħux jemmnu dak li kienu qed jisimgħu.

Ftit qabel is-6.00 ta’ filgħaxija, it-tabib Grixti, konxju mit-tħassib tal-kostitwenti, ikkomunika l-aħbar. Hu kiteb li “l-prijoritajiet tiegħi fiż-żmien li ġej imorru lil  hinn mill-ħajja politika. Għalhekk infurmajt lill-Prim Ministru li se nkun qed nirriżenja minn Membru

Parlamentari. Ma rridx nokkupa siġġu parlamentari f’perjodu fejn mhux se nkun iffukat 100 fil-mija biex nirrappreżenta I-kostitwenti u pazjenti li tant huma għal qalbi, li tant nirrispetta u dejjem irrispettawni lura. Għint u rrid nkompli ngħin fiċ-ċokon tiegħi permezz tal-professjoni lin-nies u pazjenti minn kull lokalità li tant jkunu f’tant bżonn.  Filwaqt li m’hemm ebda dubju li l-paijiż jeħtieg il-Partit Laburista u I-Prim Ministru Robert Abela biex jibqgħu jmexxuh ‘il quddiem”.

Sorsi qrib il-Parlament tard ilbieraħ filgħaxija qalulna li kif issir ir-riżenja, jiġi infurmat il-President biex immedjatament jinbeda proċess elettorali biex jimtela’ l-post battal.

Ekonomija

Sport