Monday, December 23, 2024

Rebħa għal Juventus fost kontroversja

Aqra wkoll

Juventus telgħu fir-raba’ post tal-klassifika meta marru għand Verona u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal jasal minn devjazzjoni ta’ Moise Keane, fis-60 minuta.

Iżda f’din il-partita kien hemm kontroversja kbira meta l-VAR ċaħħad lil Verona minn dak li deher penalty ċar wara li Danilo mess il-ballun b’idu fil-kaxxa tiegħu. Aktar minn hekk, l-istess VAR ma tatx il-permess biex ir-referee jmur jara l-azzjoni fuq il-monitor biex il-penalty ma ngħatax.

Imbagħad aktar tard fil-partita, il-VAR ċaħħdet ukoll appell għal penalty minn Verona wara li Leonardo Bonucci kkommetta foul fil-kaxxa fuq Simone Verdi.

Fid-90 minuta, il-Bianconeri spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Alex Sandro meta waqqa’ lil Kevin Lasagna meta kien tiela’ waħdu b’opportunitá li seta’ jiskorja.

Ekonomija

Sport