Minn Grupp H, fl-4.00 pm, il-Ghana jaffrontaw lill-Urugwaj fejn jinsabu konxji li rebħa tarahom jikkwalifikaw għar-round li jmiss.
Il-Black Stars bħalissa jinsabu t-tieni fil-grupp, żewġ punti fuq l-Urugwaj li jinsabu fir-raba’ post, li jeħtieġ li jirbħu biex ikollhom iċ-ċans li jgħaddu għar-round li jmiss.
Il-Ghana ma rrappurtaw l-ebda tħassib dwar injury mill-konfront tagħhom kontra l-Korea t’Isfel, għalhekk ċertament ma tkunx sorpriża li jibdew bl-istess formazzjoni inizjali għal din il-partita.
Għalihom, Mohammed Kudus kien f’forma brillanti fl-aħħar partita, fejn skorja darbtejn, u l-wirjiet tiegħu fit-tournament wasslu għal suġġerimenti ta’ interess minn clubs bħal Barcelona u Liverpool.
Inaki Williams huwa mistenni mill-ġdid li jmexxi l-attakk għall-Ghana, bl-aħwa Jordan Ayew u Andre Ayew ukoll se jżommu r-rwoli tagħhom fl-attakk.
Intant, Thomas Partey għandu jingħaqad ma’ Salis Abdul Samed f’nofs il-ground.
Fir-rigward tal-Urugwaj, Luis Suarez u Edinson Cavani it-tnejn tħabtu biex jimpressjonaw sa issa, u għalhekk ma tkunx sorpriża li jibdew minn fuq il-bank.
Għalihom, Darwin Nunez jista’ potenzjalment jingħaqad fl-attakk minn Maxi Gomez, li kien ferm tajjeb meta ħareġ minn fuq il-bank kontra l-Portugall. Peró min-naħa ta’ Nunez, s’issa kellu tournament mill-aktar diżappuntanti hekk kif kien mistenni ħafna aktar minnu.
Il-coach Alonso x’aktarx jirreżisti t-tentazzjoni li jagħmel xi bidliet fil-formazzjoni inizjali tiegħu, bi players bħal Federico Valverde, Rodrigo Bentancur u Jose Gimenez għal darb’oħra ċerti li se jibdew fil-formazzjoni inizjali.
Il-kundizzjoni tajba ta’ Ronald Araujo kienet is-suġġett ta’ dibattitu mill-bidu tat-tournament, u d-difensur ta’ Barcelona aktarx li jerġa’ jitħalla barra mit-team għal dan il-konfront.